Lura l-Università

Wara li konna diġa lestejna l-kors tagħna ġewwa l-universita` u kellna wkoll ix-xogħol tagħna, il-Mulej sejħilna biex nimxu warajĦ għal din il-mixja ta’ formazzjoni ġewwa s-Seminarju. Din il-mixja talbet minna li nieqfu mix-xogħol li kellna u nerġgħu nibdew kors ieħor ġewwa l-universta`.

Il-kors  li għandna kif bdejna huwa totalment differenti minn dak li konna għamilna qabel. Aħna konna segwejna korsijiet b’temi xjentifiċi, filwaqt li issa qed nsegwu kors fil-Filosofija u  t-Teologija. Id-differenza fil-korsijiet tinħass għax dan huwa kors li sakemm taqbad kaptu tiegħu jħawwadlek xi ftit moħħok, iżda maż-żmien qed naraw li huwa kors li fih qed nifmhu u nitgħallmu affarijiet li qas qatt ma konna nafu fuqhom.

Meta bdejna l-ewwel kors tagħna ridna naqdfu  weħidna għax konna f’ambjent ġdid mingħajr ma nafu lil ħadd. Din id-darba l-qabża hija wkoll kbira għax sibna għajnuna kbira mingħand is-seminaristi li huma ta’ sostenn għalina. Dan jagħmluh bil-pariri siewja li jagħtuna u mill-għerf tagħhom.

Peress li diga għexna flimkien s-sena propedewtika, meta dħalna l-universita din d-darba dħalna bħala grupp u mhux weħidna, u  dan għinna biex inkunu ta’ sostenn għal xulxin. Peress li aħna qedin erbgħa fil-kors, konna ta’ gwida għalihom peress li t-tnejn l-0ħra  qatt ma kienu l-universita`.

Għalkemm diġa konna l-universita`, għalina din hija xorta esperjenza ġdida peress li minn sena ghall-oħra l-universita` dejjem qeda tinbidel. Fost l-affarijiet li nbiddlu minn żmienna nistgħu nsemmu l-canteen, l-it services, is-sistema tal-Visual Learning Environment (VLE) u tal-email u kif wkoll dik tal-librerija.

Għalkemm din l-esperjenza hija totalment differenti minn ta’ qabilha xorta waħda ċerti li ser tkun esperjenza ġdida u sabiħa li ser tħalli frott tajjeb ġewwa fina.