Appuntament ta’ kull xahar

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar, bħala komunità tas-Seminarju nistiednu lil kull min jixtieq sabiex jingħaqad magħna u nitolbu għall-vokazzjonijiet.

Hija ħaġa ferm sabiħa li xahar wara l-ieħor, diversi komunitajiet parrokkjali jingħaqdu mal-post fejn tikber din il-mixtla tal-vokazzjoni, permezz tat-talb tagħhom. Is-sejħa mhijiex tal-individwu imma tal-komunità kollha, għalhekk ilkoll għandna sehem fiha billi nitolbu lill-Mulej biex ikompli jgħinna niskopru aktar is-sejħa tiegħu, inkabbruha u niżirgħuha fil-qalb tal-oħrajn.