sarBNIEDEM: Kalendarju tal-Avvent 2016

F’dan l-Avvent, il-Komunità tas-Seminarju qiegħda tistiednek sabiex tingħaqad magħna u permezz tar-ritratti li ħadna aħna fl-Art Imqaddsa, nirriflettu flimkien fuq il-Misteru tal-Inkarnazzjoni. Jekk tixtieq li kull jum tul dawn l-erbgħa ġimgħat li ġejjin tirċievi ittre (E-mail) bil-ħsieb tal-ġurnata, nistiednuk tissieħeb permezz tal-formola t’hawn taħt.

Ir-ritratti ser ikunu ukoll disponnibli fuq il-paġna tas-Seminarju ta’ Facebook: http://facebook.com/seminary.malta kif ukoll fuq il-kontijiet tagħna ta’ Twitter u Google+. Ħa nużaw l-‘hashtag’ #sarBniedem għal dal-kalendarju tal-Avvent.

 

Infakkru li jekk inti abbonat fin-Newsletter ta’ kull ġimgħa u tixtieq tirċievi il-ħsieb ta’ kull jum, hemm bżonn li tirreġistra ukoll fil-formola t’hawn taħt.