Iċ-Ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, flimkien mas-Seminarju tal-Arċisqof qed jorganizza Think Tank dwar IŻ-ŻAGĦŻUGĦ TA’ BEJN is-16 u l-20 SENA U L-VOKAZZJONI. Dan ser isir is-Sibt 12 ta’ Mejju, 2018.

Kif l-aħjar nindirizzaw iż-żgħażagħ? Żagħżugħ li twieled qabel is-sena 2000, kif inhu differenti minn żagħżugħ li twieled wara? X’qiegħed ifittex iż-żgħażugħ ta’ wara s-sena elfejn? Kif l-aħjar li nakkumpanjaw liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena (magħrufa bħala Generation-z)? L-inizjattivi vokazzjonali għaż-żgħażagħ qegħdin iħallu l-frott mixtieq?

Ispirati mill-invit tal-Papa Franġisku li noħorġu fil-periferiji, u mdawlin mill-istatistika li f’Malta 52% taż-żgħażagħ għandhom xi kuntatt ma’ saċerdot, kif nistgħu dan il-kuntatt insarrfuh f’żgħażagħ li lesti li jmorru kontra l-kultura tagħhom u jagħtu ħajjithom għall-oħrajn?

Għalhekk, inħass il-bżonn li nieqfu niriflettu fuq dawn il-mistoqsijiet u nippruvaw ngħinu lil xulxin insibu metodi ta’ kif nistgħu niddjalogaw ma’ dan iż-żagħżugħ biex ngħinuh jiddixxerni s-sejħa u l-identità tiegħu.

Fid-dawl ta’ dan, qegħdin nistednuk biex tkun parti minn dan it-Think Tank. Nixtiequ nġeddu dan l-invit għal membri oħra mill-komunità tiegħek li jaħdmu ma’ żgħażagħ ta’ din l-età. Jekk għandek xi żgħażagħ li taħseb li jagħmel sens li nisimgħu x’għandhom x’jgħidulna, nitolbuk tgħaddilhom dan l-invit ukoll.

Hawn taħt għandek issib il-programm flimkien mal-workshops li wieħed jista’ jattendi. Peress li jista’ jkollna problema bin-numru, nitolbuk li timla’ r-reġistrazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju. Din tinsab hawnekk: https://seminary.org.mt/ttregister

Grazzi tal-interess tiegħek. Filwaqt li nistednuk taqsam din l-email ma’ nies interessati, nitolbuk iżżomm din l-inizjattiva fit-talb tiegħek sabiex tkun waħda utli u li tħalli ħafna frott.

Infakkruk biex tagħmel attending u Share tal-event li għamilna fuq Facebook. Ser inkunu qegħdin intellgħu xi materjal fuq l-event li nistednuk tilħaq tagħtih daqqa t’għajn qabel il-ġurnata. Din tista’ ssibha fuq: https://www.facebook.com/events/2013907788882904/

Niltaqgħu.

 

*** Programm***

8.30am – Reġistrazzjoni
8.45am – Talb
9.00am – Introduzzjoni
9.05am – L-Ewwel Intervent: Jitkellmu 3 żgħażagħ u jaqsmu l-esperjenza tagħhom kif jaraw post iż-żagħżugħ fil-Knisja
9.20am – It-Tieni Intervent: Psychologist : Dr Julian J Caruana : X’inhu għaddej minn moħħ żagħżugħ ta’ bejn is-16 u l-20?
9.40am – It-Tielet Intervent: Is-sinodu taż-żgħażagħ: Rev Dr Fabio Attard SDB: Il-ħidma pastorali maż-żgħażagħ ta’ din l-età
10.00am – waqfa għall-kafè
10.15am – Workshops – l-ewwel sessjoni
11.00am – Workshops – it-tieni sessjoni
11.45am – Plenarja – mmoderata minn Rev Luke Cutajar
12.30am – lunch (bilwieqfa)

Workshops:

Dixxerniment u akkompanjament liż-żgħażugħ (Jiffaċilita: Rev Dr Louis Grech Sdb)
Psychology (Jiffaċilita: Mr Anthony Gatt)
Il-ħidma fil-parroċċi (Jiffaċilita: Rev Anton Galea-scannura)
Il-ħidma fiċ-Chaplaincies (Jiffaċilita: Rev Mark Cachia SJ)
Il-ħidma fil-movimenti fi ħdan il-Knisja (Jiffaċilita Rev Christopher Caruana OP)

Comments