Żewġ komunitajiet, sejħa waħda

Żewġ komunitajiet, sejħa waħda

Għal dawn l-aħħar għoxrin sena iffurmajt parti minn komunità ta’ lajċi. Sentejn ilu dħalt fil-komunità tas-Seminarju bħala seminarista. Minkejja li dawn iż-żewġ komunitajiet għandhom struttura u għan differenti, is-sejħa hija waħda – li nikber fl-imħabba lejn ħuti fil-komunità li jien qiegħed ngħix fiha. Is-sejħa li nħobb b’modi żgħar u ġieli moħbija lil ta’ madwari tibqa’ sejħa diffiċli għaliex titlob minni li mmut għalija nnifsi – titlob li npoġġi l-interessi u l-kumdità ta’ ħuti qabel tiegħi. Fil-maġġoranza assoluta din titlob minni deċiżjoni konxja (u jkolli nammetti li ħafna drabi infalli f’din is-sejħa) li nħobb bil-kliem, bis-silenzju, bl-għaġir, bis-smiegħ u b’diversi modi oħra.

Dan l-artiklu ġie ppubblikat għall-ewwel darba fil-fuljett Is-Seminarju (Diċembru 2019).