Dun Ronnie Zammit, Viċi-Rettur

Dun Ronnie Zammit ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju, 2009. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u wara ħadem għal tliet snin fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien bħala viċi-Kappillan. Fl-2013 inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Viċi-Rettur tas-Seminarju f’Marzu 2017.