“Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema”

“Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema.”
ĠWANNI‬ 3:27‬ 

Din il-kwotazzjoni tolqotni għax donnu tant sirna independenti li tlifna l-bżonn li għandna ta’ xulxin – u ta’ Alla – bħal donnu nistgħu ngħaddu mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd. Forsi ħafna drabi d-differenza hi problema, għax hi interpretata jew bħala superjorità jew bħala theddida, meta l-punt hu li dak li għandna – kemm it-talenti tagħna kif ukoll l-oħrajn ta’ madwarna u s-sitwazzjonijiet li nkunu fihom – ngħatalna u hemm bżonn nitgħallmu nirċevuh.

Allura din il-kwotazzjoni tfakkarni fi Knisja li hi kapaċi tinduna u tistagħġeb, u tapprezza u tifraħ bis-sorpriżi – bid-differenzi – ta’ Alla, u li tista’ tirċevihom, l-aktar meta jkunu sorpriżi u differenzi

“koroh” u “ħżiena.”