Il-festa tat- Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija hija waħda mill-ewwel festi kbar tas-sena liturġika. Il-Knisja tippreżentalna lil Marija fil-bidu tas-sena bħala mudell li għandha tmexxina fl-istennija tagħna ta’Ġesù. Aħna mistiedna biex inħarsu lejha u nimxu fuq kif imxiet hi. L-iva ta’ Marija komplietha ħajjitha kollha: saret omm Ġesù fit-tħabbira tal-anġlu, iżda Ġesù stess tahielna b’ommna fuq is-salib. F’din is-silta, il-kelma...