L-identità ta’ Ġesù (Mt 4:1-11)

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

L-Evanġelju tal-ewwel ħadd tar-Randan ifakkarna li d-deżert mhux post partikulari, imma stat ta’ tiġrib. Mattew kiteb għal udjenza Lhudija, b’ħafna referenzi għal-Liġi u għal-Lhud fid-deżert. Id-deżert hu l-prova, kif naqraw fil-ktieb tad-Dewteronomju (8:2): “Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegħek, matul dawn l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod...

Read More

‘Qas naf kif tar il-ħin!

Posted by in Featured Post, The Seminary's Blog | 0 comments

Din l-espressjoni spiss ngħiduha fil-ħajja mgħaġġla tagħna. Donnu l-ġurnata ttir bla ma nilħqu nagħmlu nofs l-affarijiet li nkunu xtaqna nagħmlu. L-istess jiġri lilna s-seminaristi, li rridu nlaħħqu mal-impenji tas-Seminarju u tal-Università. Sabiex ngħinu lilna nfusna nindirizzaw din il-problema, f’Novembru kellna seminar ta’ taħriġ fl-użu tajjeb tal-ħin: Time management. Dan is-seminar kien immexxi minn Ms Marisa Giordimanina. Żewġ punti...

Read More

Destinazzjoni Kitwe, l-Afrika. Għaliex le?

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

Jisimni Pasquale Marazzita. Jien Taljan, imwieled fil-belt ta’ Crotone, li qiegħda n-naħa t’isfel tal-Italja. Għandi disgħa u tletin sena, u jien inġinier. Bħalissa qed ngħix esperjenza ta’ formazzjoni  bħala seminarist fis-seminarju Redemptoris Mater f’Kitwe, iz-Zambia, fl-Afrika. Din hi l-ħames sena tiegħi fis-seminarju, u matul dan iż-żmien rajt kemm Alla wettaq affarijiet sbieħ fil-ħajja tiegħi, tant li bidilha mill-qiegħ nett u għamel...

Read More

It-Tielet Ħadd ta’ Matul is-Sena

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

Ġesu m’għandux kwiet! – Mt 4:12-23 Is-silta tal-Evanġelju tal-lum mhix twila wisq. Madankollu, f’dawn il-ftit versi naraw lil Ġesu jagħmel ħafna affarijiet. Ġesu jterraq fil-Galilija, jgħallem, ifejjaq, u jsejjaħ. Dak li għamel Ġesu elfejn sena ilu għadu jagħmlu llum ukoll. L-istedina ta’ Ġesu għall-indiema għadha valida. Aħna lkoll midinbin. Wieħed għaref darba qal li min jaħseb li m’għandux dnub hu ħati ta’ ġudizzju: mhux qed jara...

Read More

Music as expression

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

Humans are social animals. Communication is an important part of our being. We communicate almost all the time, using either speech or body language. Apart from being social, we are also rational animals. We therefore have a need to communicate thoughts, feelings and emotions. In our day to day communication, words flow naturally when we need to talk to each other. However, expressing feelings and emotions is much more tricky. In fact, words...

Read More