Ir-Raba’ Ħadd ta’ Matul is-Sena

Posted by in Featured Post, The Seminary's blog | 0 comments

Ftit tal-ġimgħat ilu, mort f’bazaar ta’ parroċċa biex nara ftit x’kotba kien hemm. Verament ħadt ħafna gost nara kotba ġodda u anke riċenti. Imma laqtuni b’mod partikulari dawk dwar l-ikel – ilkoll nieħdu gost nieklu. U f’dawn il-kotba, bħalma tafu, jkun hemm ir-riċetti ta’ kif tagħmel xi kejk tajjeb, jew xi daqqxejn ħuta/laħam li qatt qabel m’għamilt. Ir-riċetta hija importanti ħafna għax permezz tagħha ser tagħmel id-differenza fl-ikel. Illum...

Read More

Ministru tal-Ħniena

Posted by in Featured Post, The Seminary's blog | 0 comments

Id-djaknu wkoll huwa ministru. Mhux it-tip ta’ ministru li nisimgħu bih is-soltu fuq l-aħbarijiet, imma ministru kemxejn differenti. Ministru li xogħlu mhuwiex li jikkmanda, imma li jaqdi. Jaqdi lin-nies billi jwassal u jkun hu stess is-sinjal tal-ħniena infinita tal-Missier. Nista’ ngħid li f’dawn l-aħħar sitt xhur, din kienet l-esperjenza tiegħi bħala djaknu b’mod speċjali fil-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Esperjenza fejn, għalkemm...

Read More

Ħobż u Inbid li Jinqasmu

Posted by in Featured Post, The Seminary's blog | 0 comments

Ġesù seta’ nqeda b’ikel u xorb ieħor minflok il-ħobż u l-inbid biex permezz tagħhom iħallielna Ġismu u Demmu. Nimmaġina li meta ġie biex jieħu deċiżjoni kkonfonda xi ftit x’jaqbad jagħżel. Imma jien naħseb li għażel il-ħobż u l-inbid għaliex biex tiekol il-ħobż u tixrob l-inbid jeħtieġ li taqsamhom ma ħaddieħor. Ħadd ma jiekol ħobża tal-Malti sħiħa f’daqqa u ħadd ma jixrob flixkun inbid f’daqqa jekk ma jkunx irid jispiċċa ħażin. Il-ħobż u...

Read More

“Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier.” (MV 1)

Posted by in Featured Post, The Seminary's blog | 0 comments

Minn dan il-vers hi ispirata din il-pittura, li qed tgħinna fit-talb tagħna waqt il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. “Il-Mulej jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqna, u jurina l-ħniena” (Num 6, 25). Din l-inizjattiva tidher f’din il-pittura, fil-ħarsa tal-Mulej li minnha joħrog disinn fil-forma ta’ spirall li jifforma parċmina. Din tibda mill-isfond u ddur ma’ Ġesù, li Hu l-Kelma Inkarnata – Rivelazzjoni sħiħa. Meta nħarsu lejH, Hu jiftaħ dan l-iskroll...

Read More

Jien Normali?

Posted by in Featured Post, Newspapers Article, The Seminary's blog, Vocational Articles | 0 comments

Bħalissa fil-midja għaddejja diskussjoni dwar l-età ta’ meta persuna tista’ tagħti kunsens sesswali. Dan juri kemm is-sess jingħata importanza fid-dinja tal-lum. Allura tiġi l-mistoqsija: huwa ‘normali’ min ma jagħżilx stil ta’ ħajja li jinkludi s-sess? Xi tfisser li persuna tkun ċelibi? Iċ-ċelibat huwa stat ta’ ħajja fejn is-saċerdot ma jintrabatx ma’ persuna waħda (bħalma jiġri fiż-żwieġ) imma għażla biex ikun miftuħ ħalli jirċievi l-imħabba...

Read More

Contact Us