‘Qas naf kif tar il-ħin!

Posted by in Featured Post, News | 0 comments

Din l-espressjoni spiss ngħiduha fil-ħajja mgħaġġla tagħna. Donnu l-ġurnata ttir bla ma nilħqu nagħmlu nofs l-affarijiet li nkunu xtaqna nagħmlu. L-istess jiġri lilna s-seminaristi, li rridu nlaħħqu mal-impenji tas-Seminarju u tal-Università. Sabiex ngħinu lilna nfusna nindirizzaw din il-problema, f’Novembru kellna seminar ta’ taħriġ fl-użu tajjeb tal-ħin: Time management. Dan is-seminar kien immexxi minn Ms Marisa Giordimanina. Żewġ punti...

Read More

Bħal Ġesù, aħna mibgħuta

Posted by in Featured Post, News | 0 comments

Ta’ kull sena l-Animaturi tas-Seminarju jagħżlu tema u kelliem differenti biex jindirizzaw lis-seminaristi f’seminar ta’ formazzjoni. Din is-sena is-suġġett magħżul kien ‘Accountability and Responsibility’. Dan is-seminar seħħ bejn il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru u tmexxa mill-Psikoterapista Georgina Debattista. Tul dan is-seminar, aħna s-seminaristi tal-ewwel tlett snin iddiskutjejna u tkellimna dwar diversi temi importani li...

Read More

“Ħabib, irrid inservik!”

Posted by in Featured Post, News | 0 comments

F’April li għadda, filwaqt li ħafna kienu maħsuda bin-nar li ħakem lill-Katidral ta’ Notre Dame ġewwa Pariġi, ħafna wkoll tkellmu dwar Fr Jean-Marc Fournier, is-saċerdot stazzjonat mal-pumpiera tat-tifi tan-nar, li daħal ġewwa l-Katidral sabiex, fost l-oħrajn, isalva l-Ewkaristija. Fr Fournier tkellem hekk dwar dak li ġara: “…tifhem li hija tassew kiefra tara lil xi ħadd li tħobb jinqered fin-nirien. Aħna l-pumpiera spiss naraw vittmi...

Read More

Contact Us