“Għax it-tama tagħna hi f’Alla l-ħaj!”

Bħala Knisja forsi nsibu lilna nfusna bla tama quddiem diversi diffikultajiet u tbatijiet. Xi kultant inħossuna li għalkemm aħna niżirgħu u nsaqqu, inkunu qed nagħmlu dan għalxejn. Imma bħalma jgħid San Pawl, Alla huwa li jkabbar, u fl-aħħar mill-aħħar għandna nittamaw fih.

Kull wieħed u waħda minna jista’ jgħid: “Jien nittama, għandi t-tama, għax Alla jimxi miegħi”. Alla jimxi magħna u ma jitlaqniex waħedna.

Ftit ilu saċerdot…

“Tibżax, Pawlu”

Fuq il-ġifen li wassal lil Pawlu priġunier minn Ċesarija sa Ruma, seħħet il-kelma ta’ Kristu fl-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, “Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art” (Atti 1:8). Fir-rakkont li nsibu fl-Atti dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl, insibu li l-kundizzjonijiet ma kienux daqstant ideali għat-tbaħħir. Iżda minkejja t-twissijiet ta’ Pawlu biex ma jbaħħrux u jibqgħu Kreta, xorta komplew bil-vjaġġ, u ltaqgħu ma’…

B’qalb ta’ Missier

Fl-Ittra Appostolika Patris Corde, il-Papa Franġisku jippreżentalna lil San Ġużepp minn perspettivi differenti, bl-għan li nikbru fl-imħabba tagħna lejn dan il-qaddis, li nitolbu iżjed l-interċessjoni tiegħu u li fuq kollox nimitaw il-virtujiet u ż-żelu tiegħu.

Nafu li San Ġużepp kien mastrudaxxa, mgħarras ma’ Marija. Kien raġel ġust, dejjem lest biex iwettaq ir-rieda ta’ Alla li dehret fil-Liġi tiegħu. Wara vjaġġ twil minn Nażaret għal Betlehem, ra it-twelid tal-Messija f’maxtura, għax ma kienx hemm post…

Nifhmu liż-żgħażagħ

Fil-bidu tas-sena seminaristika attendejna seminar organizzat miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet dwar l-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-ħidma tagħna magħhom bħala seminaristi. Irriflettejna rigward il-bżonnijiet, il-biżgħat u t-tamiet tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ bħalissa. Kien essenzjali wkoll li jkollna għarfien rigward xi ideat, għajnuniet u riżorsi li nistgħu nużaw biex nilħqu aktar lil dawk li jattendu ċ-Ċentru għall-attivitajiet li jiġu organizzati ta’ kull xahar.

L-ewwel parti tal-laqgħa kienet immexxija mis-Sur David Grillo, fejn miegħu ddiskutejna min huma l-adolexxent u ż-żagħżugħ illum,…