MESSAĠĠ MIR-RETTUR
IS-SEMINARJU HUWA...

Hu l-mixja fit-triq mad-dixxipli t'Emmaws, fejn inkompli niskopri lil Ġesù u dak li jrid minni
Matthew Theuma, l-ewwel sena
L-mixja ta' formazzjoni sabiex nsir għodda tajba f'idejn Alla.
Adam Camilleri, it-tieni sena
Fejn tiġi kkultivata s-sejħa li jiżra' fina Alla.
Joseph Farrugia, it-tieni sena
Fejn nitgħallem kif inħobb.
Adam Baldacchino, il-ħames sena
Familja li fiha tkompli tiskopri s-sejħa ta' Alla - qatt waħdek imma dejjem flimkien.
Anis Riahi, ir-raba’ sena
Fejn l-aħwa tal-komunità jikbru f'aspetti differenti biex jilħqu għan komuni: li jħobbu u jixbhu iżjed lil Ġesù.
Luke Vella, is-sitt sena
Il-post li jgħini nkun quddiem Ġesù biex nagħraf aħjar is-sejħa tiegħi.
Daniel Abela, is-sitt sena
Il-post fejn issir taf aħjar lilek innifsek permezz tad-diversi esperjenzi u formazzjoni li jwassluk biex tifhem u tagħraf l-Imħabba li hemm f’din is-sejħa ta’ servizz.
Marvic Mallia, is-sitt sena










