Staff

Dun Albert Buhagiar | Rettur

(+356) 2145 5497/8 ext. 1101 Dun Albert Buhagiar ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Gżira bħala viċi-Kappillan. Sentejn wara nħatar viċi-Arċipriet fil-parroċċa taż-Żejtun u fl-1996 inħatar segretarju personali tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-istess żmien, huwa wettaq ukoll ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Marsaskala u Ħal Luqa. Fil-2002 inħatar Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi, u fl-2012 inħatar Arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Rettur tas-Seminarju f’Settembru 2016.

Dun Ronnie Zammit | Viċi-Rettur

(+356) 2145 5497/8 ext. 1103

Dun Ronnie Zammit ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju, 2009. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u wara ħadem għal tliet snin fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien bħala viċi-Kappillan. Fl-2013 inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Viċi-Rettur tas-Seminarju f’Marzu 2017.

Dun Mark Sultana | Direttur Spiritwali (Residenti)

Dun Mark Sultana ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Settembru 2000. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Imġarr. Studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma, fejn kiseb id-dottorat fil-filosofija. Fl-2005 beda jgħallem il-filosofija fl-Università ta’ Malta u fl-2008 nħatar Direttur tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u Prefett tal-Istudji fis-Seminarju tal-Arċisqof, waqt li ħadem fil-parroċċi tal-Isla, tal-Ibraġ u tas-Swatar. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Direttur Spiritwali tas-Seminarju f’Ottubru 2016.

Dun Bastjan Caruana | Direttur Spiritwali (Mhux residenti)

Dun Bastjan Caruana ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala viċi-Kappillan. Fl-1999 mar għal xogħol missjunarju f’Korçë, l-Albanija. Lura Malta, f’Jannar tal-2002 inħatar viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u f’Diċembru nħatar Kappillan tal-istess parroċċa. Fl-2015 nħatar Direttur Spiritwali residenti fis-Seminarju tal-Arċisqof, u fl-2016 l-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta, waqt li baqa’ jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju.

Dun Josef Mifsud | Direttur Spiritwali (Mhux residenti)

Dun Josef Mifsud ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala viċi-Kappillan. Fl-2010 nħatar Kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara. Fl-2018 beda jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju, u fl-2019 l-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.

Other Staff

Rev. Prof. Paul Galea | Psychologist

+356 21808756 [email protected]

Rev. Prof. Paul Galea is the Seminary’s psychologist and was ordained priest on the 21 April 1979. He served in Christ the King Parish, Poala between 1979-1996. He studied at the Pontifical Gregorian University, Rome and the Loyola College, Maryland, USA. He currently serves his ministry at St. Pius X Parish, St. Lucia since 1996.