Dar tal-Irtiri u Ċentru tal-Konferenzi

Is-Seminarju tal-Arċisqof joffri faċilitajiet għal irtiri u konferenzi f’ambjent kwiet u adattat għal riflessjoni u laqgħat. L-ispazji huma disponibbli għal individwi u gruppi, kemm għal attivitajiet ta’ ġurnata kif ukoll għal perjodi itwal.

Akkomodazzjoni

L-akkomodazzjoni fi ħdan is-Seminarju tinkludi 28 kamra, b’kapacità massima ta’ 38 persuna. Kull kamra hija mgħammra b’kamra tal-banju en suite.

  • 20 kamra b’sodda waħda
  • 6 kmamar b’żewġ sodod
  • 2 kmamar bi tliet sodod

Barra minn hekk, hemm żewġ dormitorji li jistgħu jilqgħu sa 60 persuna għal gruppi akbar.

Faċilitajiet għall-Konferenzi u l-Irtiri

Ċentru Kristu Ragħaj

  • Sala konferenzi b’kapacità sa 80 persuna
  • Mgħammra bi projector, sound system u arja kondizzjonata
  • Kappella b’kapacità ta’ madwar 50 persuna

Ċentru San Ġorġ Preca

  • Sala konferenzi għal 30 persuna
  • Mgħammra bi projector u sound system
  • Kappella żgħira (prayer room) għal 12-il persuna

Refettorju

Jesa’ sa 60 persuna u jista’ jipprovdi kemm coffee breaks, kif ukoll ikliet sħaħ.

Parking

Fi ħdan il-faċilità hemm parkeġġ disponibbli għal madwar 120 vettura.

Mistoqsijiet jew Booking

Jekk tixtieq aktar dettalji jew jekk tixtieq tagħmel booking, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ hawn taħt.

Go back

Your message has been sent

Warning
Warning
Warning
Warning
Warning
Warning
Warning.