Żmien l-eżamijiet!  X’naqbdu nsejħulu … żmien ta’ paniku, ta’ ansjetà jew forsi ta’ stress.  Fuq kollox żmien fejn l-istudent jirrifletti minn dak kollu li jkun għadda matul is-semestru! Bħala seminarista tal-ewwel sena, kienet l-ewwel darba tiegħi mhux biss li qed nagħmel l-eżamijiet l-università iżda wkoll l-ewwel darba li kont qed nagħmel eżamijiet f’komunità.  Ikolli ngħid li dan iż-żmien għinni napprezza ferm aktar ir-rigal...