Tfittex biex tkompli tfittex – Mt 2:1-12 “Ħieni min żaqqu mimlija”? Jew “Ħieni min hu bil-ġuħ…”? “Ħenjin is-sinjuri” jew “il-foqra” u “dawk li bħalissa jibku”? Mal-ewwel daqqa t’għajn naħsbu li r-risposta hija faċli: jekk ikollok il-but mimli, ikollok aktar rasek mistrieħa u aktar ferħ. Jekk taf kollox, għandek aktar kontroll u tkun aħjar. Biss il-festa taż-żjara tal-Maġi iġġiegħlna nsaqsu jekk ir-risposta hijiex daqshekk sempliċi....