Kemm taf tkun differenti ħajtek u l-ħajja tal-Knisja f’pajjiżna, jekk ikun hawn iktar vokazzjonijiet! Alla ħalaqna għal skop partikolari. Ilkoll għandna triq magħmula għalina biex nimxu wara Ġesù. Din it-triq insejħulha ‘vokazzjoni’.
Ħafna żgħażagħ x’aktarx jiżżewġu u jkollhom il-familja tagħhom. Hemm il-ħajja reliġjuża, li hija mibnija fuq sejħa għal ħajja mogħtija lil Alla f’komunità skond skop (kariżma) partikolari.
Imma l-bażi tal-ħidma fid-djoċesi hi mwettqa mis-saċerdoti djoċesani li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet spiritwali tan-nies li jgħixu f’lokalità m