F’dan il-Ġublew tal-Ħniena aħna mħeġġa biex immorru pellegrinaġġ sa wieħed mill-Bibien tal-Ħniena li nsibu fil-Katidral tal-Imdina, fil-Bażilika tal-Isla u fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa biex nieħdu sehem aktar sħiħ f’dan il-Ġublew bħala mument kbir ta’ grazzja u tiġdid spiritwali. Il-pellegrinaġġ huwa importanti f’dan il-Ġublew tal-Ħniena għax jirrappreżenta l-vjaġġ li lkoll nagħmlu f’ħajjitna. F’Misericordiae Vultus, Papa Franġisku...