L-Ewwel Ħadd tar-Randan

Il-qari tal-lum huwa mimli kuntrasti; il-bniedem jinsab fil-Ġnien tal-Għeden fl-ewwel qari, filwaqt li Ġesu jinsab fid-deżert; Adam u Eva jieklu filwaqt li Ġesu jieħdu l-ġuħ; Adam u Eva jaqgħu għat-tentazzjoni filwaqt li Ġesu ma jaqax. Forsi dan il-kuntrast mhuwiex bi żball. Kittieb Nisrani tal-ewwel sekli jikkummenta fuq dan l-Evanġelju li “ġaladarba Adam, fil-lussu tal-Ġnien, tqarraq u waqa’, kien hemm bżonn li l-Ispirtu jieħu lil Kristu fid-deżert biex jegħleb lix-xitan b’qawwa akbar, għalhekk sam għal erbgħin lejl u…