Għeżież ħbieb tal-librerija,
Hu tassew ta’ pjaċir u sodisfazzjoni li qed tirċievu għall-ewwel darba din in-newsletter. Wara tant ħsieb u investiment fil-librerija, ħassejna l-bżonn li nsaħħu l-kuntatt ta’ bejnietna. Qed nindunaw li jkun tajjeb u għaqli li l-informazzjoni dwar il-librerija tkun aktar aċċessibli.
Aħna u nibdew is-sena akkademika tal-2015, hi xewqa tagħna li l-ħin li ninvestu, l-isforzi li nagħmlu u l-enerġija kollha li nagħtu, tissarraf fl-aħjar użu tal-librerija.
Għalina mhux biżżejjed li nemmnu fit-tagħlim, li nixtru u norganizzaw il-kotba tat-Teoloġija u l-Spiritwalità jew li nqegħduhom fil-katalgu.
Fuq kollox, jinteressana nkunu ta’ servizz għal kulhadd. Irridu li l-kotba li nordnaw jirrifletti l-bżonnijiet ta’ dawk li jużaw il-librerija, filwaqt li nħeġġu aktar persuni jimmaturaw fil-formazzjoni intelletwali u nisranija.
F’din l-ewwel Library Newsletter nixtiequ nirringrazzjaw lis-Seminarju tal-Arċisqof u l-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi għal kull tip ta’ sostenn u għajnuna, l-aktar finanzjarja.
Hi xewqa tagħna li filwaqt li aktar nies jużaw il-librerija, fuq kollox ikunu ħafna dawk li jibbenefikaw mill-wirt kulturali u spiritwali permezz tal-qari mill-kotba. Inħeġġuk iżżur l-librerija għax nemmnu li t-tagħlim hu l-għajn ta’ ġid.

Fr John Berry ([email protected])
Chairperson, Library Committee

 

Library Committee

Il-Librerija titmexxa minn kumitat li jiltaqa’ tliet darbiet fis-sena f’kollaborazzjoni mat-tmexxija tas-Seminarju kif ukoll mal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi.
Il-membri preżenti fil-kumitat huma Fr John Berry (Chairperson), Fr Joe Mifsud, Mr Anthony Mangion, Mr Osmar Baldacchino u l-librara Ms Dora Castorina, Ms Irene Dye u Ms Janet Caruana.

 

Sliem u Merħba

Bi gratitudni nsellmu lil żewġ membri li temmew iż-żmien tagħhom fil-kumitat tal-librerija.
L-ewwelnett lil Fr Nicholas Cachia li għal għaxar snin ta suġġerimenti utli fid-direzzjoni u l-viżjoni tal-librerija. Filwaqt li nirringrazzjah, nawgurawlu saħħa sabiex ikompli jaħdem qatigħ fil-formazzjoni u fit-tagħlim f’St. Vincent de Paul Regional Seminary fi Florida, l-Amerika.
Nirringrazzjaw ukoll lil Mr Matthew Pulis tal-pariri u l-għajnuna teknika biex il-katalgu tal-librerija ikun aġġornat u aċċessibli kull ħin. Matthew kien ukoll ħolqa tajba bejn il-librerija u l-istudenti tat-teologija, fosthom is-seminaristi.
B’ferħ nilqgħu fostna żewġ membri ġodda lil Fr Joe Mifsud li preżentement hu l-Viċi Rettur fis-Seminarju u lil Mr Osmar Baldacchino. Nawgurawlhom ħidma fejjieda.

 

Grazzi lil Benefatturi

Napprezzaw ħafna l-imħabba u l-ħsieb ta’ diversi donaturi u benefatturi tal-librerija. Il-Librerija ma tkunx fuq saqajha jekk mhux ukoll bis-saħħa tal-benefatturi. Għal daqstant grazzi ukoll lil Mons. Norrie Bonavia, Mons. Matthew Magri, Mons. Innocenz Borg, Fr Emmanuel Agius, Fr Henry Balzan, Mons. George Deguara, Fr Vince Fenech, Fr Joe Fsadni, Fr Joseph Sultana, l-familjari ta’ Fr Lawrence Galea Maniscalco, Sur Chris Mallia, Sur Gabriel A. Pellegrini, Sur Joseph M. Vassallo, Sur Albert Vella, id-Dar tal-Kleru, u s-Sacred Heart Convent (St. Julians).

 

Public Lecture

Il-Professur Oliver Friġġieri ser jagħti lecture interessanti dwar “Hekk tħabbat il-Qalb Maltija”.
F’din it-taħdita, l-Professur Friġġieri ser jitkellem b’ton personali dwar ir-rabta bejn fidi u kitba.
Din ser issir fil-Librerija tas-Seminarju nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015 fis-6.30 pm. Kulħadd huwa mistieden.

 

Statistika tas-sena 2014

470 Kotba mixtrija, ikklasifikati u kkatalogati
60 Kotba mill-benefatturi
534 Perjodici (kollha)
61 Perjodici mixtrija
65 Perjodici b’exchange
192 Metru ta’ xkaffar ġdid għall-kotba (proġett 2014)

 

Caring for the Library Collection

Dora Castorina

Due to the presence of an infestation by drugstore beetle in the library it was decided to fumigate the premises and three pest control companies were contacted to provide a quotation. The selected company was Salvarti which proved to be the most professional. The treatment used was a water reactive fumigator with an active ingredient of cyphenothrin and it was guaranteed that it would cause no damage to our users or books. Due to the large amount of books it was decided to have the fumigation on the premises.
The first session of the fumigation, which consisted of three treatments, was administered on the 4th, 11th and 18th April, while the second session was carried out on the 4th, 11th and 18th August. As the library had to be isolated for twenty-four hours the April treatments were carried out on Saturdays while the second session of treatments where held during the Summer holidays, to avoid inconvenience to our patrons. A total of 35 fumigant gases were required for each treatment.
As custodians of the library it is our duty and responsibility to protect and safeguard the library collection for future generations.

 

Library Orientation Visit

The Library shall provide an orientation tour designed especially for first year students and all newcomers interested in using our facilities.
This shall take place on Monday, 16th November 2015 at 5:30 PM. If you would like to attend, please send an email to [email protected]
This tour shows provide information regarding the Library’s book and journal collections and other facilities. The library is located on your left as you enter The Seminary, in Tal-Virtù, Rabat.

Comments