Dostoevsky hekk pitter lil Kristu f’wieħed mir-rumanzi tiegħu. Hu qal li aħna ma ninġibdux lejn is-Salvatur b’sempliċi argumenti jew ideat, imma b’sejħa aktar profonda. Is-sejħa tas-sbuħija li tkellimna fil-fond ta’ qalbna. Mhux li sempliċement tkun taf dwar Alla, imma li tagħrfu u jagħrfek. Dan mhux biss għarfien b’moħħok, imma b’qalbek u bl-eżistenza kollha tiegħek. Is-sbuħija mhux biss li tidher, imma dik li tinfed lil qalbna, il-ġibda lura lejn il-Mulej.
Ġieli kelli mumenti mudlama li kważi tellfuni t-tama. Imma f’dawk il-mumenti, aktar mill-argumenti jew l-ideat, kien il-Mulej li mingħajr ma ssahra ma’ moħħi, nifidli qalbi, mhux biex jikkonvinċini, imma biex jispirani mmur u nara. Din il-laqgħa mad-Divin tista’ tkun ir-rigal tagħna għad-dinja. Mhux bil-fors inkunu artisti fil-veru sens tal-kelma li kapaċi noħolqu poeżija jew sinfoniji, imma ko-kreaturi ta’ xi ħaġa unika u sabiħa: ħajjitna.
Kull għażla li nagħmlu hi pinzellata fil-pittura ta’ ħajjitna, li hi unika u irrepetibbli. Din tista’ tesprimi għira, regħba jew kburija, dlam jew mewt; inkella tista’ tkun immaġni ta’ Alla nnifsu li tirradja d-dawl tiegħu li jdawwal kull rokna tad-dinja.
Dan l-artiklu ġie ppubblikat għall-ewwel darba fil-fuljett Is-Seminarju (Diċembru 2019).