Leħen l-għarus

Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (3:29) naqraw: “Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib tal-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus.”

Ġwanni l-Battista, hu u jitkellem dwar Ġesù mad-dixxipli tiegħu, jistqarr il-vojt fil-bniedem. Il-vojt għandu wiċċ u għandu isem sew fil-fatt li Ġwanni mhuwiex l-għarus u sew fil-bżonn li jkun ħabib tal-għarus.

Il-Kelma t’Alla, għalhekk, tikkonferma li l-vojt m’huwiex illużjoni imma esperjenza. Il-vojt jimtela’ billi l-ewwel jiżvojtja minn dak kollu li hu fieragħ biex imbagħad jinħoloq spazju għall-Kelma t’Alla, li tibdilna fi ħbieb li jifirħu meta jisimgħu “leħen l-għarus.”

Sean Abela u Jean Claude Attard irċevew il-Ministeru tal-Lettorat nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, 2020.

Photo: knisja.mt/ritratti