Saqajna mal-art

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (1, 6-8.19-28)

Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din, meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le”, weġibhom. Imbagħad…

Il-qassis li ma kienx

Il-Professur Oliver Friggieri ma kienx biss Professur għal uħud minna fis-Seminarju li qabel bdejna l-formazzjoni tagħna fis-Seminarju konna studenti tal-Malti fl-Università, imma kien ukoll ta’ spalla għalina fid-dixxerniment ta’ x’irid Alla minna f’ħajjitna.

Napprezza ħafna l-lezzjonijiet tiegħu, li għax il-letteratura kienet dwar il-ħajja ma kienx jiddejjaq jitkellem dwar il-ħajja; napprezza ħafna l-laqgħat li kelli miegħu, għax l-uffiċċju tiegħu kien miftuħ dejjem għall-istudent; napprezza ħafna l-preżenza tiegħu f’ħajti, preżenza umli imma soda.

Il-memorja

Nistgħu niftakru xi ħaġa li ma għexniex? Aħna ma niftakrux weħidna, imma nistgħu wkoll nagħmlu sens mit-tifkiriet tal-oħrajn fil-kuntest akbar li nagħmlu parti minnu. Tul il-proċess li nippruvaw nifhmu x’għaddejna minnu u xi ġralna, kontinwament inkunu qed nibnu l-identità tagħna fil-preżent. Il-proċess li niftakru, għalhekk, ma jsirx fil-passat – anke jekk isir dwar il-passat – imma fil-preżent. Meta nfakkru lil dawk li tilfu ħajjithom fil-gwerer dinjija nirriflettu mhux biss fuq il-memorja ta’ dawk li xi mkien u…

Sbuħija mgħixa

Grazzja kbira mis-sena barra kienu l-Eżerċizzi Spiritwali fil-ħajja ta’ kuljum. Minflok f’xahar wieħed f’post miġbur kelli aktar iċ-ċans napprezza l-importanza tat-talb f’rutini differenti, bil-mod, tul numru ta’ xhur fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-fatt bdejt dan l-irtir matul esperjenza ta’ xogħol ma’ kumpanija legali fil-Belt Valletta, komplejtu waqt esperjenza pastorali ma’ kappillan Malti f’parroċċa fi Vjenna, u spiċċajtu waqt esperjenza komunitarja ma’ grupp ta’ żgħażagħ ispirati mill-ispiritwalità Injazjana f’Ruma. Bl-eżerċizzji ta’ talb u bil-għajnuna tad-direttur spiritwali, tal-mentor u ta’…

Ferħ sobriju (Ġw 20:19-23)

L-Evanġelju t’għada jfakkarni f’dak li kiteb Benedittu XVI dwar meta t-Tradizzjoni tal-Knisja titkellem fuq “sober inebriation caused in us by the Holy Spirit.” Bil-Malti naħseb nistgħu naqilbuha għal ‘ferħ sobriju kkawżat fina mill-Ispirtu s-Santu,’ li naħseb tirrifletti ħafna din is-silta.

“Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej” (20:20). Il-ferħ tagħhom ma kienx ferħ ta’ grupp ta’ nies li raw lil xi ħadd li ħasbu li mhux se jarawh aktar u, kif ngħidu bil-Malti, għaddielhom malajr, iżda…

Leħen l-għarus

Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (3:29) naqraw: “Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib tal-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus.”

Ġwanni l-Battista, hu u jitkellem dwar Ġesù mad-dixxipli tiegħu, jistqarr il-vojt fil-bniedem. Il-vojt għandu wiċċ u għandu isem sew fil-fatt li Ġwanni mhuwiex l-għarus u sew fil-bżonn li jkun ħabib tal-għarus.

Il-Kelma t’Alla, għalhekk, tikkonferma li l-vojt m’huwiex illużjoni imma esperjenza. Il-vojt jimtela’ billi…

Il-protesta (Mt 17:1-9)

Hemm xena fil-film Café Society (2016) fejn mara Lhudija tilmenta ma’ żewġha dwar kif binhom, qattiel, isir Nisrani. ‘L-ewwel qattiel, imbagħad isir Nisrani. X’għamilt biex jistħoqqli dan? X’inhi l-agħar?’, tgħid Rose Dorfman.

Marty, żewġha, ifakkarha li binhom sar Nisrani għax qalilhom li huma ma jemmnux fil-ħajja wara l-mewt, iżda waqt li tenniet li kulħadd jibża’ mill-mewt, Rose saħqet li m’għandna qatt nitilqu r-reliġjon li twelidna fiha.

Marty jwieġeb li hu ma jibżax mill-mewt, imma martu kienet pronta tfakkru li hu baħnan…

Il-baħħ

Silence, ktieb ta’ Shusako Endo u issa film ta’ Martin Scorsese, huwa l-istorja ta’ żewġ qassisin żgħażagħ Ġiżwiti li jmorru l-Ġappun bħala missjunarji u wkoll biex ifittxu qassis li kellu sehem kbir fil-formazzjoni tagħhom u li kien ilu żmien twil fejn kienu jaħsbu li kienet l-aħħar tad-dinja.

L-insara Ġappuniżi huma raħħala fqar ħafna u sempliċi, bil-fehma komuni li jitwieldu bħall-annimali biex imutu bħall-annimali. Wieħed b’għajn waħda, ieħor ġifa. L-attività missjunarja tal-knisja hi mqabbla mill-Ġappuniżi stess mal-insistenza ta’ mara…