EVANĠELJU Lq 2:41-52
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, instamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma”. U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”. Iżda kliemu ma fehmuhx.
Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Niftħu qalbna għall-Kelma ta’ Alla
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, instamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma”. U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”. Iżda kliemu ma fehmuhx.
Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin. (Lq 2, 41-52)
i. Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid
“U HEKK Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja,
quddiem Alla u quddiem il-bnedmin”
Fir-ritmu regolari, fid-drawwiet, imxi man-nies, isma’ l-istejjer. Ritmu ta’ poplu, ritmu ta’ talb, japprezza l-għeruq, jinfetaħ għal dak li hu lil hinn.
ii. Meta kellu tnax-il sena …
Hekk baqa’ jikber …
fir-ritmu tas-snin. Fl-isfidi li jmorru mal-età: ta’ tnax-il sena jħaddem il-kapaċità li jikkunsidra opinjonijiet differenti (jismagħhom) il-ħila tal-investigazzjoni, l-esplorazzjoni, li joffri sfida (jistaqsihom), il-kapaċità li joħlom, li jkun hu, li jidħol mhux fi storja ċkejkna u medjokri iżda fi storja kbira u wiesgħa: “Jenħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri”.
iii. Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.
Hekk baqa’ jikber …
mal-oħrajn u mhux waħdu (magħhom) fil-villaġġ konkret anke jekk insinifikanti u mhux fl-astratt tal-ideat idilliċi li jeżistu biss fil-moħħ (Nażaret); billi ma jaħrabx mir-realtà u ma jippretendi li kollox idur miegħu (kien jobdihom); fil-preżenza ta’ nies ta’ stoffa li mhumiex superfiċjali, li jinżlu fil-fond tar-realtà, anke dak li ma jifhmuhiex, u “jgħożżu fil-qalb” sakemm jiskopru l-preżenza t’Alla, fil-ġrajjiet fil-post li jidher insinifikanti.
Issa ma hemm l-ebda rokna li tirċevix valur għax Alla hemm għadu jinżel u jikber u jiftaħ xefaq ġdid: fir-relazzjonijiet, kriżijiet, ġrajjiet tal-familja (iż-żgħira u l-kbira)!
Ħalli lil Ġesù jkellem lil qalbek
- Liema drawwiet huma importanti f’ħajtek? Liema tlift? Personali jew ta’ poplu?
- Liema sfida tmexxik bħalissa?
- Din il-ġrajja kif tagħti dawl fuq il-ġrajjiet tiegħek? Kif tgħinek tapprezza l-familja b’mod ġdid?
Missierna li inti fis-smewwiet …