Ftit ilu rċevejt il‑Ministeru tal‑Akkolitat, pass importanti fil‑vjaġġ vokazzjonali lejn is‑saċerdozju. Dan il‑ministeru hu relatat b’mod speċjali mal‑Ewkaristija – il-quċċata u l‑għajn tal‑ħajja tal‑Knisja – li biha l‑poplu ta’ Alla jinbena u jikber. L‑Akkolitu msejjaħ biex jaqdi qrib l‑artal, jgħin lis‑saċerdoti u lid‑djakni fil‑qadi tal‑ministeru tagħhom, u jqarben lill‑fidili bil‑Ġisem ta’ Kristu.
Permezz ta’ dan il‑ministeru, tiġi enfasizzata l‑imħabba lejn il‑Ġisem Mistiku ta’ Kristu, li hu l‑poplu ta’ Alla. Dan kollu għandu jiġi attwat…






