“EJJEW WARAJJA” ‑ MATTEW 4:19

Id‑dixxerniment hu proċess profond u intensiv, fejn wieħed jieqaf mill‑ħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex jisma’ lil Alla u jara għal xiex qed isejjaħlu. Hu wkoll żmien fejn wieħed iwieġeb b’mod sinċier u kuraġġuż għal dik is‑sejħa.

Is‑seminaristi, darba kull erba’ ġimgħat – bejn il‑Ġimgħa u l‑Ħadd – jieħdu sehem fil‑Live‑In organizzat miċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet. Għall‑grazzja t’Alla, in‑numru ta’ dawk li jattendu hu sabiħ. Diversi persuni li jkunu qed iħossu sejħa għall‑ħajja saċerdotali jew reliġjuża jsibu…

ĦARSA MINN FUQ IL‑KAMPNAR

Iċ‑ċirkostanzi tal‑ħajja, xi minn daqqiet, huma imprevedibbli—xi kultant b’mod pożittiv, u drabi oħra le. Meta wieħed jitla’ fuq kampnar, ikollu viżjoni differenti minn dak li s‑soltu mdorri jara. Pereżempju, wieħed jista’ jara xeni isbaħ li s‑soltu qatt ma jkun jinnota, anke fil‑ħajja mgħaġġla ta’ kuljum. Dan jista’ jibdel il‑perċezzjoni ta’ dak li jkun u jibda jinduna li, fost dak li s‑soltu jara bħala ikrah, jista’ jiskopri wkoll aspetti oħra li jgħaxxquh bi ġmielhom.

Fil‑konkret,…