Mort, inħsilt, u sirt nara
Id-dixxipli, bħal nies oħrajn, malajr ikkonkludew li r-raġel għama kien ġralu hekk tort tiegħu nnifsu jew tort tal-ġenituri tiegħu. Donnu riedu jitfgħu l-ħtija ta’ dak li ġara fuq xi ħadd. Iżda Ġesu’ ħares lejn dak li ġara bħala okkażżjoni ‘biex l-għemil ta’ Alla jidher’ u n-nies jagħrfu lil Alla u jemmnu fih. Faċli nsejħu ‘grazzja’ dawk l-affarijiet sbieħ li ngħaddu minnhom, imma ftit jidħlilna f’moħħna li anke t-traċedji u l-problemi jistgħu jservu għall-ġid. Id-difett tar-raġel…