GĦALIEX IVA?!

Għaliex iva?! Għaliex saċerdot? Żgur li din il‑mistoqsija f’xi ħin jew ieħor telgħet fil‑qalb ta’ kull wieħed u waħda minna! Żgur li f’xi ħin jew ieħor qabditna kurżità

x’ġiegħel dak is‑saċerdot jitlaq kollox u jgħid iva għas‑sejħa tiegħu mingħand il‑Mulej. Għaldaqstant bħala parti mill‑ħidma taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet, ħsibna li nagħmlu serje ta’ poddati (podcasts) ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l‑istorja tal‑vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid‑dinja tal‑lum. L‑għan…

IL‑VOKAZZJONIJIET! HEMM TAMA?

Kull fejn immur, kważi drajt li dejjem ikun hemm min jistaqsini l‑istess mistoqsija: “Father, kif ser nagħmlu biex ikollna aktar vokazzjonijiet?” Fi żmien fejn in‑numru ta’ vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi naqsu mhux ħażin, dak li jkun bla ma jrid jinħakem minn xi ftit biżà u jiddubita dwar il‑futur!

Il‑Papa Franġisku fil‑messaġġ annwali tiegħu għal Jum il‑Vokazzjonijiet ifakkarna li minkejja l‑isfidi kollha li naraw madwarna, “għandna dejjem nibqgħu sejrin bil‑vjaġġ tagħna tal‑ħajja u nkunu miftuħa…