IL‑GRIŻMA TAL‑MORDA ‑DILKA TA’ TAMA

Matul ix‑xhur tas‑sajf, is‑seminaristi jkunu qed jagħmlu esperjenza differenti f’xi realtà fejn il‑Knisja twettaq il‑ħidmiet tagħha. Dan is‑sajf kelli l‑opportunità li nkun preżenti mal‑qassisin li qed joffru l‑ħidma pastorali tagħhom ġewwa l‑Isptar Mater Dei. Din kienet esperjenza unika li laqqgħatni direttament mal‑umanità fi‑lvulnerabbiltà tagħha. L‑isptar hu l‑post fejn tgħix ma’ oħrajn esperjenzi li jġibu ferħ, ngħidu aħna twelid ta’ tarbija jew fejqan minn xi marda, imma hu wkoll relatat ma’ esperjenzi ta’ tbatija kbira.

IL‑LIBRERIJA FIS‑SEMINARJU TAL‑ARĊISQOF

Kien fl‑1756 meta l‑Isqof ta’ Malta Alpheran de Bussan (1728‑1757) iddepożita 500 skud fil‑massa frumentaria (fond intenzjonat biex minnu jitqassmu għajnuniet lil min kien fil‑bżonn) biex l‑interessi jintużaw ħalli tinżamm librerija fis‑Seminarju.

Minn hawn ’il quddiem, il‑librerija kompliet tikber, partikolarment b’donazzjonijiet ta’ kotba li tħallew b’wirt, speċjalment minn qassisin.

Anke jekk fil‑bidu din il‑librerija kienet relattivament żgħira, illum għadha qed tkun aġġornata u tħaddan fiha aktar minn 50,000 ktieb fosthom kollezzjoni…

“Jiena Hu”

“Jiena Hu” – Alla l-Missier lil Mosè fil-Ktieb tal-Eżodu

Għażilt din il-frażi għax nara li permezz tagħha, il-Knisja tista’ tkun iktar ta’ dawl u ispirazzjoni fil-ħajja ta’ kull bniedem, kemm għal dak li jwassal il-messaġġ tal-Vanġelu kif ukoll għal dak li jirċevih.

Meta Mosè saqsa lill-Mulej x’kien ser jgħid lill-Fargħun meta jidher quddiemu, Hu wieġbu “JIENA HU bagħtni għandkom”. Din il-frażi tixħet dawl fuq kull wieħed u waħda minnha, li bħala…