“Ħudu l-Ispirtu s-Santu”

Dak il-Ħadd filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif…

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann

Ġw 20:19-23

Dak il-Ħadd filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif…

L-Attitudni tan-Nisrani matul l-Avvent

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
Mt 24:37-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Imbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed…

Il-pjaga tal-faqar

Matul is-sajf li għadda jien kont assenjat mal-unit tad-Djakonija tal-Caritas. F’dan l-aħħar żmien il-Covid-19 kixef fil-beraħ il-pjaga tal-faqar, sfida li tista’ tgħid sa minn dejjem eżistiet. Il-faqar ħafna drabi huwa pjaga siekta li rari nisimgħu dwaru iżda dan ma jfissirx li ma jeżistix. 

Il-kawżi tal-faqar huma diversi u l-għajnuna dejjem tingħata skont il-bżonn tal-individwi fuq parir ta’ professjonisti familjari ma’ dawk li jirċievu s-servizz. Diversi għajnuniet bħall-għoti tal-ikel servew t’opportunità sabiex issa l-assistenza setgħet…

L-Esperjenza fl-isptar

Is-saċerdot għandu post privileġġjat f’diversi mumenti matul il-ħajja tal-insara. Is-saċerdot issibu jilqa’ trabi bħala nsara ġodda u jakkumpanja l-erwieħ ta’ dawk li ħallewna, fl-idejn siguri tal-Missier. Bħala seminarista matul is-sajf li għadda kont assenjat fl-isptar Mater Dei fejn grupp ta’ patrijiet lejl u nhar joffru akkumpanjament spiritwali lill-pazjenti. Kien t’unur għalija li nisma’ stejjer ta’ kuraġġ minn persuni li minkejja s-sofferenza fiżika jibqgħu jissieltu għall-ħajja u jagħtu xhieda ta’ spirtu ferrieħi.

Fiż-żmien tiegħi ġewwa…

Matul l-assemblea djoċesana

Matul l-assemblea djoċesana ta’ din is-sena, il-Knisja f’Malta ddiskutiet l-Pjan Pastorali li jħares lejn dawn it-tliet snin li ġejjin sabiex nagħrfu x’għandhom ikunu l-prijoritajiet tagħna bħala Knisja u x’inhu jitlob l-Mulej mill-Knisja llum. Dawn li ġejjin huma karatteristiċi tal-ħajja missjunarja tal-Knisja li qed jiġu proposti sabiex ikunu linji gwida li fuqhom nibnu l-pastorali tagħna:

Knisja li tisma’
Knisja li tilqa’
Knisja li takkumpanja
Knisja li toħroġ

Dan kollu huwa ffigurat b’mod mill-aħjar fir-rakkont tad-Dixxipli ta’ Għemmaws. Minn persuni li kellhom qalbhom maqtugħa, jiltaqgħu ma’…

“Mgħammdin u mibgħuta”

Matul din is-sena bħala Seminarju qed nistiednu diversi saċerdoti li jkunu Malta sabiex jaqsmu magħna l-esperjenza missjunarja tagħhom. F’ dan ix-xahar straodinarju tal-missjonijiet aħna nħossu aktar il-bżonn li nkabbru kultura ta’ missjoni fil-komunità tagħna. S’issa diġà lqajna fostna lil Mons. George Frendo, Arċisqof ta’ Tirana Durres, li mexxa l-irtir tal-bidu tas-sena. Kellna mument ta’ talb ma’ Mons. George Bugeja, Isqof tal-Vikarjat ta’…