“Daqt, Daqt”,“Kemm Fadal għall-Ordinazzjoni Saċerdotali?”,“Għada niltaqgħu biex nippjanaw fuq…” Dawn huma ftit mill-kliem li aħna d-Djakni konna qed inlissnu f’dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif konna qed nippreparaw għall-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħna li kellha ssir fit-18 ta’ April li għadda. Però minħabba dak li qed ngħixu fih l-ordinazzjoni tagħna kellha ukoll tiġi posposta. Mal-ewwel daqqa t’għajn tħoss li kollox sfaxxa, tħoss li Alla donnu nesiena aħna li ħallejna kollox, għedna l-iva tagħna u issa li kellna ħafna mill-affarijiet lesti…
‘Ifraħ, mimlija bil-grazzja!’ (Lq 1:26-38)
Il-festa tat- Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija hija waħda mill-ewwel festi kbar tas-sena liturġika. Il-Knisja tippreżentalna lil Marija fil-bidu tas-sena bħala mudell li għandha tmexxina fl-istennija tagħna ta’Ġesù. Aħna mistiedna biex inħarsu lejha u nimxu fuq kif imxiet hi. L-iva ta’ Marija komplietha ħajjitha kollha: saret omm Ġesù fit-tħabbira tal-anġlu, iżda Ġesù stess tahielna b’ommna fuq is-salib.
F’din is-silta, il-kelma t’Alla ssir storja waħda mal-kelma tal-bniedem, is-sema u l-art jitwaħħdu flimkien, u l-ħolqien kollu jipparteċipa. Hawn il-bidu tat-trasformazzjoni f’dak…