Fl-Evanġelju skont San Ġwann kapitlu 14 niltaqgħu ma’ Ġesù li jassikurana, jittamana, iqawwilna qalbna u b’saħħa kbira jinkoraġġina. Ġesù ma jħalli l-ebda lok għal dubju, għal biża’ jew għal qtigħ il-qalb. Fi Ġwanni 14 Ġesù ma jċanfarx, lanqas meta ffaċċjat mill-pessimiżmu akut post-Resurrezzjonali tad-dixxipli u tal-appostli magħżula minnu. Drabi oħra Ġesù ġie li ħass il-bżonn li jiġbdilhom l‑attenzjoni u anke jċanfarhom għan-nuqqas ta’ fidi...