L-identità ta’ Ġesù (Mt 4:1-11)

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

L-Evanġelju tal-ewwel ħadd tar-Randan ifakkarna li d-deżert mhux post partikulari, imma stat ta’ tiġrib. Mattew kiteb għal udjenza Lhudija, b’ħafna referenzi għal-Liġi u għal-Lhud fid-deżert. Id-deżert hu l-prova, kif naqraw fil-ktieb tad-Dewteronomju (8:2): “Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegħek, matul dawn l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod...

Read More

Kif inkunu perfetti? (Mt 5:38-48)

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

Evanġelju bħal ta’ nhar il-Ħadd bħal donnu mill-bidu nippreferu li ma nisimgħuhx! Minħabba li hu dirett ħafna u għax jagħmilna skomdi, forsi ma neħduhx bis-serjetà. Bħal donnu nippreferu li f’mumenti iebsa ma jkunx hemm għażla, għax aktar faċli nagħżlu l-faċli. Donnu nippreferu li ma nkunux nafu li hemm alternattiva. U l-alternattiva ta’ Ġesù hi kreattiva. Kif nistgħu, kif naqraw aktar tard (Mt 10:16), inkunu għaqlin bħas-sriep imma safja...

Read More

L-ilma tat-tisfija (Mt 3:13-17)

Posted by in Featured Post, Lectio Divina | 0 comments

Ġesù li kien moħbi mill-infanzja tiegħu sa issa jagħżel li jibda l-ministeru pubbliku tiegħu fil-Ġordan fejn Ġwanni kien qed isejjaħ għall-indiema u jgħammed. Proprju Ġesù jibda l-ministeru tiegħu fil-post fejn l-iktar kien hemm stennija għaliH. L-ilma tal-Ġordan, bħal xmajjar kbar oħra, jagħti l-ħajja lill-art u għadu hekk sal-lum. Infatti dan l-ilma nistgħu naraw fih l-ilma tat-tisfija, ħelsien mill-ħmieġ tal-imgħoddi li jtaqqal lill-ħajja,...

Read More