Esperjenza ta' Pellegrin. Disinn "Nimxi ma’ Ġesù", ta' Ecca Muscat (© 2016)

Esperjenza ta’ pellegrin – Nimxi ma’ Ġesù © 2016 Ecca Muscat

Il-bniedem qiegħed f’mixja, bħala pellegrin li jagħraf il-bżonn tal-Ħniena ta’ Alla f’ħajtu. B’rabta mas-Sena tal-Ħniena, permezz ta’ din l-attività għal adoloxxenti bejn tlettax u sittax-il sena u għal żgħażagħ minn sbatax-il sena ’l fuq se jitwassal il-ħsieb li hu min hu u qiegħed fejn qiegħed, il-pellegrin ifittex li jibni relazzjoni ma’ Alla. Għax jinduna li hu wkoll hu mfittex minn Alla, minn din ir-relazzjoni toħroġ l-identità tiegħu u jagħraf il-missjoni tal-ħajja tiegħu.

F’din il-paġna qegħdin noffru riżorsi għal skejjel u gruppi tal-adolexxenti u taż-żgħażagħ, biex jgħixu esperjenza ta’ Pellegrini fil-Ġublew tal-Ħniena. Permezz ta’ din l-esperjenza huma jistgħu jitgħallmu li:

  • Il-ħajja hija sabiħa għax ġejja minn Alla, u allura rridu nieħdu gost ngħixuha;
  • Fil-ħajja mhux kollox ward u żgħar. Hemm esperjenzi ta’ falliment, imma f’dawn l-esperjenzi Ġesù jrid imissna bl-imħabba u l-ħniena tiegħu;
  • Il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna għandha skop partikolari, missjoni speċifika. Hemm triq għal kull wieħed u waħda li tagħmilna uniċi u tagħmilna min aħna, l-identità tagħna;
  • Il-fidi hija deċiżjoni dwar jekk nixtiequx nesperjenza il-Ħniena ta’ Alla għalina fil-wiċċ ta’ Ġesù

 

Riżorsi – Esperjenza ta’ Pellegrin

Esperjenza ta’ pellegrini għal studenti minn 13 sa 16-il sena.

Esperjenza ta’ pellegrin għal żgħażagħ ta’ 17-il sena ‘l fuq.

Informazzjoni dwar l-attività

Jekk tixtieq li din l-attivitajiet tkun animata minn Dun Charlon Muscat, Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, agħżel waħda minn dawn id-dati. Jekk tixtiequ tagħmlu din l-attività f’data oħra, l-attività tista’ titmexxa mill-persuni responsabbli mill-istudenti/żgħażagħ f’data li tixtiequ.

  • It-Tnejn, 29 ta’ Frar, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 11 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 13 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 18 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 20 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 22 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 25 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 27 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 29 t’April, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 2 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 4 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 6 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 9 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 11 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 13 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 16 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 18 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 20 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • It-Tnejn, 23 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • L-Erbgha, 25 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00
  • Il-Gimgha, 27 ta’ Mejju, mid-09.00 sa 12.00

Ħerqanin biex nilqgħukom fis-Seminarju tal-Arċisqof.

 

Għal aktar informazzjoni u għajnuna imla’ l-formola t’hawn taħt: