Animaturi
Dun Jimmy Bonnici | Rettur
[email protected]
Dun Carlo Calleja | Viċi-Rettur
[email protected]
Dun Carlo Calleja huwa minn Tas Sliema u ġie ordnat saċerdot fl 2015. Sena wara ggradwa mill Fakultà tat Teoloġija fl Università ta’ Malta, u serva l-ewwel bħala djaknu u mbagħad bħala saċerdot fil parroċċa ta’ San Pietru fil Ktajjen, Birżebbuġa. Fl 2020 kiseb dottorat fit Teoloġija Morali minn Boston College fl-Istati Uniti. Dun Carlo huwa lettur fil Fakultà tat Teoloġija u jagħti servizz pastorali fil parroċċa ta’ Stella Maris, Tas Sliema. L-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Viċi-Rettur tas-Seminarju tal-Arċisoqf f’Ġunju 2021.
Dun Mark Sultana | Direttur Spiritwali (Residenti)
[email protected]
Dun Bastjan Caruana | Direttur Spiritwali (Mhux residenti)

Dun Bastjan Caruana ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala Viċi-Kappillan. Fl-1999 mar għal xogħol missjunarju f’Korçë, l-Albanija. Lura Malta, f’Jannar tal-2002 inħatar Viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u f’Diċembru nħatar Kappillan tal-imsemmija parroċċa. Fl-2015 inħatar Direttur Spiritwali residenti fis-Seminarju tal-Arċisqof, u fl-2016 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta, waqt li baqa’ jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju.
Dun Josef Mifsud | Direttur Spiritwali (Mhux residenti)

Dun Josef Mifsud ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala Viċi-Kappillan. Fl-2010 nħatar Kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara. Fl-2018 beda jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju, u fl-2019 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.
Oħrajn
Dun Paul Galea | Psikologu
+356 21808756 [email protected]Dun Paul Galea huwa l-psikologu uffiċjali tas-Seminarju. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April, 1979 u serva fil-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid bejn l-1979-1996. Studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma, u l-Kulleġġ ta’ Loyola, f’Maryland, fl-Amerka. Dun Paul Galea huwa professur fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta; waqt li jagħti servizz pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Luċija.
Dun Dunstan Xuereb | Human Formation

Dun Dunstan Xuereb saċerdot Siġġiewi ordnat għall-Knisja Maltija fis-sena 2006. Iggradwa fil-psikologija, soċjologija u teologija mill-Universita’ ta’ Malta, kif ukoll fil-Pastoral Counseling ġewwa Baltimore fl-Amerika min Loyola University. Serva saċerdot fil-parroċċi ta’ San Filep ġewwa Haż-Żebbuġ, Resurecction of our Lord, Laurel u Saint Paul, Ellicott City, San Ġorg Martri, Hal-Qormi u preżentement ġewwa l-Parroċċa ta’ San Nikola, Siġġiewi. Jgħin ukoll fi tmiem il-ġimgħa ġewwa parroċċi tad-dawra meta jkun hemm bżonn.
Dun Dunstan, huwa c-chaplain taz-ZAK Siġġiewi, St. Ignatius Secondary School, kif ukoll tal-Manchester United Supporters’ Club Malta. Huwa ukoll Casual Lecturer fil-Pastoral Theology, ġewwa l-Universita’ ta’ Malta.
Ġewwa s-Seminarju huwa jmexxi l-laqgħat ta’ formazzjoni umana għall-propedewtrici u novizzi/aspiranti reliġjużi, kif ukoll joffri s-servizz ta’ Counselling u Direzzjoni Spiritwali lill-lajċi.