Żmien l-eżamijiet! X’naqbdu nsejħulu … żmien ta’ paniku, ta’ ansjetà jew forsi ta’ stress. Fuq kollox żmien fejn l-istudent jirrifletti minn dak kollu li jkun għadda matul is-semestru!
Bħala seminarista tal-ewwel sena, kienet l-ewwel darba tiegħi mhux biss li qed nagħmel l-eżamijiet l-università iżda wkoll l-ewwel
darba li kont qed nagħmel eżamijiet f’komunità. Ikolli ngħid li dan iż-żmien għinni napprezza ferm aktar ir-rigal tal-komunità.
Qabelxejn, apprezzajt ħafna l-għajnuna li rċevejt mis-seminaristi…