Mixja ta’ konverżjoni

Għal matul ir-Randan ta’ din is-sena, bħala komunità se nkunu qegħdin nirriflettu fuq il-messaġġtal-Papa għar-Randan, “…ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal‑faqar tiegħu” (2 Kor 8:9). Nistiednukom sabiex tissieħbu magħna f’din “il-mixja ta’ konverżjoni”.

Għeżież ħuti,

fl‑okkażjoni tar‑Randan, qed noffrilkom xi riflessjonijiet, biex jistgħu jservu ta’ għajnuna fil‑mixja personali u komunitarja ta’ konverżjoni. Nieħu spunt mill‑espressjoni ta’ San Pawl: “Intom tafu l‑grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal‑faqar tiegħu” (2 Kor…