L-għażla favur il-ħajja hi tema li spiss tiġi diskussa. Forsi għal ħafna minna, dan is-suġġet jibqa’ għaddej minn fuq rasna bla ma naħsbu xejn dwaru. Fil-ħajja magħġla tal-lum, ftit li xejn wieħed għandu ċans joqgħod jaħseb fuq il-ħajja. Iżda ħaġa tal-iskantament, diversi minna jeħduha qatta bla ħabel kontra dawk li jitkellmu favur l-abort jew l-ewtanasja. Dan għaliex ilkoll għandna għal qalbna l-valur tal-ħajja umana sa mit-tnissil tagħha u nagħrfu li hemm…
Laqgħa fuq Marketing
Is-Seminarju jipprova jħejjina għad-dinja ta’ barra minn ħafna rkejjen hekk li jlaqqagħna mar-realtajiet u t-talbiet tal-poplu fil-ħajja tal-lum. Minn żmien għal żmien, ikollna fostna mistiedna illi jiġu jkellmuna dwar suġġetti differenti kif ukoll imħallta; mhux biss li għandhom x’jaqsmu mal-aspett spiritwali iżda wkoll fuq l-hekk imsejħa, ‘ta’ kuljum’!
Din id-darba kien imiss li nitħaddtu dwar kif wieħed jista’ jippromwovi l-prodott tiegħu lin-nies hekk li jiċċara u jfisser l-għan u l-użu tiegħu fost l-oħrajn….