Apostleship of Prayer – May

Attached you will find a prayer proposal in English and in Maltese for the Pope’s Universal Intention for May.

The intention challenges us to take care of the sick and the poor.

may 2015

mejju 2015

Faqar li jagħtina ħelsien

Mela x’inhu dan il‑faqar li bih Ġesù jeħlisna u jagħmilna għonja? Hu sewwa sew il‑mod tiegħu ta’ kif iħobbna, ta’ kif isir proxxmu tagħna bħas‑Samaritan it‑Tajjeb li jersaq lejn dak ir‑raġel li ħallew għal mejjet fuq il‑ġenb tat‑triq (ara Lq 10:25ss). Dak li jagħtina l‑veru ħelsien, il‑vera salvazzjoni u l‑veru ferħ hu l‑imħabba tiegħu kollha ħniena u ħlewwa, dejjem lesta li taqsam mal‑oħrajn. Il‑faqar ta’ Kristu li bih nistagħnew hu sewwa sew li sar ġisem, li ħa fuqu d‑dgħufijiet…