“Ara se nġedded kollox” (Apok. 21:5)

Dan il-vers mill-Ktieb tal-Apokalissi, attribwit lil San Ġwann l-Evanġelista, kien il-fulkru tal-irtir li permezz tiegħu nfetħet is-sena seminaristika 2021-2022. L-irtir ġie mmexxi mill-Prof. Edward Warrington, direttur spiritwali maċ-Ċentru tal-Ispiritwalità Injazjana u professur fl-Università ta’ Malta fil-Fakultà tal-Ekonomija, Immaniġġjar u Kontabilità.

F’10 sessjonijiet, Warrington stedinna biex nagħmlu dan il-vjaġġ ma’ San Ġwann, pass pass permezz tal-kapitli li nsibu f’dan il-Ktieb. Irtir, li permezz ta’ diversi temi, sejjaħ lill-komunità biex tidħol f’kontemplazzjoni,…