Bħalissa fil-midja għaddejja diskussjoni dwar l-età ta’ meta persuna tista’ tagħti kunsens sesswali. Dan juri kemm is-sess jingħata importanza fid-dinja tal-lum. Allura tiġi l-mistoqsija: huwa ‘normali’ min ma jagħżilx stil ta’ ħajja li jinkludi s-sess? Xi tfisser li persuna tkun ċelibi?
Iċ-ċelibat huwa stat ta’ ħajja fejn is-saċerdot ma jintrabatx ma’ persuna waħda (bħalma jiġri fiż-żwieġ) imma għażla biex ikun miftuħ ħalli jirċievi l-imħabba ta’ Alla espressa fil-poplu li jkun qed jaqdi. Dan il-ftuħ ma jitfaċċax f’daqqa, imma jikber fil-qalb…