‘Wasla’ oħra – Mt 24: 37-44
Kulħadd xi darba jew oħra kien f’pożizzjoni li jistenna. Il-ħin ta’ stennija huwa ħin jew żmien li nibqgħu fejn aħna sakemm jasal il-pass li jmiss, bħal tarbija f’ġuf ommha biex jasal il-mument li tgawdi l-ħajja. Hekk ukoll huwa ż-żmien tal-Avvent. Iżda wasla għal xiex?
Il-kelma Avvent ġejja mill-Latin ‘Adventus’ li tfisser ‘wasla’, u għalhekk nistennew mhux biss li nfakkru l-ewwel wasla ta’ Kristu, meta l-Iben ta’ Alla sar Bniedem iżda wkoll tfakkarna fit-tieni wasla li Bin…