Dun Paul Galea

Dun Paul Galea huwa l-psikologu uffiċjali tas-Seminarju. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April, 1979 u serva fil-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid bejn l-1979-1996. Studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma, u l-Kulleġġ ta’ Loyola, f’Maryland, fl-Amerka. Dun Paul Galea huwa professur fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta; waqt li jagħti servizz pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Luċija.