Talb, sagrifiċċji u għajnuniet oħra

It-talb hu l-aktar mod qawwi ta’ kif tista’ tgħin lil dawk li qegħdin fil-formazzjoni għas-saċerdozju. Meta titlob għall-vokazzjonijiet tkun qed tagħmel dak li qalilna l-Mulej Ġesù: “Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Mt 9:38).

Offri sagrifiċċju

Alla jixtieq jagħtina “rgħajja għal qalbi, li jirgħu bl-għerf u l-għaqal” (Ġer 3:15), iżda dawk li jħossuhom imsejħa għal dan l-ideal jeħtieġ jagħmlu vjaġġ interjuri li ħafna drabi hu diffiċli ħafna. Billi toffri sagrifiċċju żgħir bl-intenzjoni li tinterċedi quddiem Alla għall-bżonnijiet ta’ dawk li qed iħejju ruħhom għas-saċerdozju, inti tkun qed tgħinhom jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom.

Għajnuna finanzjarja

Flimkien mat‑talb tiegħek tista’ tgħin billi:

  • Tibgħat ċekk bl‑offerta tiegħek indirizzat ‘Is‑Seminarju tal‑Arċisqof’ fl‑indirizz postali:
    Seminarju tal‑Arċisqof, 90 Triq Tal‑Virtù, Rabat RBT 2604.
  • Tgħaddi l‑offerta tiegħek lis‑Seminarju fuq il‑kont tal‑APS Bank plc – dettalji tal‑kont:
    The Archbishop’s Seminary – Major
    IBAN Number: MT15APSB77068000499110499130014
    SWIFT Code: APSBMTMT
  • Tħallas Borża ta’ Studju ta’ €600 (jew parti minnha) li tista’ tħallasha f’daqqa jew
    tagħżel li tħallas ammont żgħir kull xahar kemm tixtieq int.
    Grazzi mill‑qalb tal‑għajnuna u s‑sehem tiegħek fil‑formazzjoni tas‑Seminaristi.

Grazzi tal-għajnuna tiegħek, u nwiegħduk it-talb tagħna.