Dawn li ġejjien jistgħu jintalbu bħala talbiet universali jew bejn posta u oħra waqt ir-Rużarju.

1. Nitolbu biex ħafna żgħażagħ jisimgħu s-sejħa t’Alla u bħal Marija jilqgħuha b’qalb kbira.
R./. Ismagħna nitolbuk Mulej.

2. Nitolbu għall-ġenituri nsara biex irabbu lil uliedhom fit-tagħlim nisrani u jgħinuhom jiftħu qalbhom għas-sejħat tal-Mulej.
R./. Ismagħna nitolbuk Mulej.

3. Nitolbu għall-parroċċa tagħna biex tkun komunità ħajja ta’ fidi, tama u mħabba li fiha ħafna żgħażagħ  jisimgħu s-sejħa għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża.
R./. Ismagħna nitolbuk Mulej.

4. Nitolbu biex qatt ma jiġri li s-sejħa tal-Mulej issib tfixkil milli tiġi milqugħa min-naħa tal-familja nisranija.
R./. Ismagħna nitolbuk Mulej.

5. Nitolbu għat-tfal kollha biex jikbru fl-imħabba t’Alla biex ikunu jistgħu jisimgħu aħjar is-sejġa ta’Alla għalihom.
R./. Ismagħna nitolbuk Mulej.

Comments