Għajnuniet għat-talb u għar-riflessjoni

Waqt dan il-mument diffiċli u ta’ sagrifiċċji, il-komunità tas-Seminarju tissuġġerixxi dawn l-għajnuniet għat-talb u għar-riflessjonijiet tagħna:

Il-Bibbja:
http://www.laikos.org/BB20/bb20.html

Quddiesa, rużarju u ħsibijiet mill-isqfijiet tagħna kuljum:
https://knisja.mt/

Il-Liturġija tas-Sigħat, il-qari tal-Quddiesa, riflessjoni mill-qari tal-ġurnata u riflessjoni dwar il-qaddis tal-ġurnata (bl-Ingliż):
http://us.magnificat.net/flipbook/HTML/index.php#!VVMjMiMyMDIwIzEzMjIxNDY4

L-Evanġelju tal-ġurnata u riflessjoni (bl-Ingliż):
https://www.sacredspace.ie/daily-prayer

Biċċa xogħol tal-arti u riflessjoni dwarha marbuta mal-Evanġelju tal-jum:

Il-Knisja fis-soċjetà

F’dawn il-jiem fis-Seminarju qed ikollna laqgħat ta’ formazzjoni dwar l-irwol tal-Knisja fis-soċjetà.

Il-ġimgħa l-oħra, nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Novembru 2019, kellna laqgħa dwar l-analiżi tal-Knisja u l-Istat mis-snin sittin ’il hawn, mill-Professur Joe Pirotta. Illum, l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019, se jkollna laqgħa dwar is-soċjetà kontemporanja u l-post tal-Knisja fis-soċjetà tal-lum, mill-Professur Edward Warrington.

L-għan ta’ dawn il-laqgħat hu li bħala seminaristi f’Malta nifhmu aktar b’mod oġġettiv l-istorja ta’ pajjiżna u s-sehem tal-Knisja f’din l-istorja, u ningħataw l-għajnuna biex kemm jista’…

It-tema tas-sena

“Imma jkun bniedem li jilqa’ ‘il-barranin, iħobb it-tajjeb, meqjus, ġust, qaddis, rżin”
Titu 1:8

Din il-frażi, li hi t-tema magħżula għal din is-sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju, tirreferi għal numru ta’ karatteristiċi li għandhom jimmarkaw il-formazzjoni tagħna.

Bniedem li jilqa’ ‘il-barranin

Naħsbu f’dawk kollha li, b’mod jew b’ieħor, huma jew imwarrbin jew b’xi mod inwarrbuhom aħna: il-barranin, il-foqra, il-kritiċi tagħna. Nitolbu biex il-preżenza tagħna tkun preżenza li tilqa’ u li tikkomunika kemm hi prezzjuża l-persuna.

Iħobb it-tajjeb

It-tajjeb mhux bilfors ikun perfett, imma hu konkret. Infittxu…

Bidu tas-sena seminaristika 2019/2020

Is-Sena Seminaristika 2019/2020 bdiet b’irtir ta’ ħamest ijiem dwar il-Beatitudnijiet, immexxi mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur George Frendo O.P., Arċisqof ta’ Tirana-Durres.

Fil-formazzjoni qegħdin sbatax-il seminaristi, inkluż tnejn fis-sena intermedjarja u ħames djakni, minn dawn il-parroċċi: Wied il-Għajn (3), ir-Rabat (2), iż-Żejtun (2), Ħ’Attard, il-Ħamrun San Gejtanu, il-Kalkara, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Pembroke, Ħal Safi, is-Siġġiewi, tas-Sliema Stella Maris u Ħal Tarxien.

It-Tieni Ħadd tal-Avvent: ‘Iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu’

Att ta’ Preżenza

Mulej Ġesu, inroddulek ħajr tal-Kelma tiegħek li inti għoġbok tagħnina biha, sabiex tkun hi l-gwida ta’ ħajjitna. Nitolbuk sabiex permezz ta’ dan il-mument ta’ talb tmiss il-qalb ta’ kull wieħed minna, skont il-bżonn tal-istess qalb tagħna.  Nitolbuk sabiex tibagħtilna l-Ispirtu tiegħek sabiex mhux biss nifhmu u niftakru l-Kelma tiegħek imma sabiex ngħixu u nkunu xhieda tal-istess Kelma.

 

Evanġelju – Mk 1:1-8

Il-Bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben t’Alla. Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta,

            ‘Ara, jien nibgħat qablek…

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: ‘Ishru’

Att ta’ Preżenza

Mulej,
Isma’ t-talba tiegħi,
Int wegħdt lid-dixxipli tiegħek li m’intix se tħallihom waħedhom
Iżda li tibgħatilhom l-Ispirtu s-Santu biex jiggwidhom
U jmexxihom lejn il-Verita’ sħiħa.
Inħossni qisni miexi fid-dlam.
Jien irċevejt ħafna mingħandek,
U xorta insibha bi tqila biex sempliċiment niskot
U nkun preżenti fil-Preżenza tiegħek.
Moħħi mimli ħsibijiet kaotiċi u ideat sparpaljati,
Pjanijiet, memorji, u fantasiji.
Irrid inkun miegħek, u miegħek biss,
Nikkonċentra fuq il-Kelma tiegħek, nisma’ il-vuċi tiegħek,
U nħares lejk int u tirrivela ruħek lil ħbiebek.
Iżda anke b’dawn l-intenzjonijiet tajbin,
Moħħi jtir lejn ħwejjeġ anqas importanti
U niskopri li…

Chef – Full-time

Job Description of Chef – Full-time

Reporting directly to: Chef De Cuisine

 

Job Summary

The Chef will be working within the Archbishop’s Seminary’s Hospitality Kitchen. Working within a team, the Kitchen staff prepare breakfast, lunch and dinner for the Seminary residents and for the Hospitality clients that make use of the venues of the Seminary.

The required person will have experience working in a large scale kitchen and be familiar with the operations of such a kitchen.

Overall

 

  1. Work under the guidance of the…

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid

“Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha.” Ġesu Kristu, rxuxtat, rebbieħ fuq il-mewt u t-tama tagħna għall-ħajja ta’ dejjem; Kristu li f’wiċċ it-tbatija, minkejja dak kollu li kien għaddej minnu, ma waqax għat-tentazzjoni li jmur kontra dak li kellu jagħmel, issa qiegħed jgħidilna biex il-messaġġ tiegħu ta’ mħabba nwassluh lil kulħadd. Hu, ir-rebbieħ fuq kollox, dak li jafna personalment, qiegħed jafdalna din il-missjoni tant importanti. Illum qiegħed jgħidilna, bħalma qal lid-dixxipli elfejn sena ilu, biex l-esperjenza sabiħa li aħna għandna…

Is-Sitt Ħadd tal-Għid

Fis-silta li tippreżentalna l-Knisja ninsabu fid-diskors twil u importanti li Ġesù jagħmel qabel il-ġrajja importanti tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Hija silta li tkompli mal-Evanġelju tal-Ħadd li għadda u tkompli tagħti tweġiba għal mistoqsija ta’ Filippu “Urina l-Missier”.

Ġesù jkompli jagħtina r-risposti għal dawn il-mistoqsijiet. “U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem” Ġesù jagħmel wiegħda importanti għalina li mhux ser iħallina waħedna. Il-preżenza tiegħU mhux ser tieqaf jew tispiċċa meta jitla’ għand…

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

Min hu dan ir-Ragħaj?

Xi snin ilu ltaqajt ma’ ragħaj li kellu merħla nagħaġ mhux ħażin u aħna u nitkellmu nnutajt il-mod kif hu jagħraf kull nagħġa li għandu. Minkejja li jidhru l-istess, kollha jafhom b’isimhom, u meta jsejħilhom bis-sejħa partikolari tiegħu tarahom ġejjin. L-aktar ħaġa li kienet interessanti hi li dan kellu nagħġa u kellha żewġt iħrief u meta jgħidilha biex tmur għal frieħ din tmur għalihom u ġġibhom magħha. Fir-realtà min hu r-ragħaj? Ir-ragħaj huwa dak li jinteressah mill-merħla…