Bħala Lectio Divina fil-komunità din il-ġimgħa, qegħdin nirriflettu fuq il-ħniena fil-qafas tad-djalogu u l-periferiji li huma żewġ temi li għażilna biex imexxuna fil-formazzjoni din is-sena.

“Kunu mela ħanina, bħalma Missierkom hu wkoll ħanin.” – Lq 6,36-42

MEDITATIO (Aqra u xtarr is-silta mill-Evanġelju)

ATTITUDNI: Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.

Il-mistoqsija li tmexxina f’din it-tieni tarġa tal-Lectio Divina hi:

X’qiegħed jgħidli/ilna Alla permezz ta’ dan it-test?

(BĦALA INDIVIDWI, GRUPP, PARROĊĊA, DJOĊESI…)

  • Kemm tieħu żmien biex tqis x’inhuma l-motivazzjonijiet li għalihom tikkritika, tikkoreġi u tiġġudika lil ħaddieħor?
  • Kif tħares b’mod differenti lejn il-ħniena meta tqis li l-Missier huwa l-istandard veru li għandek tuża.
  • X’differenza tagħmel fil-ħajja ta’ kuljum meta tqis li inti msejjaħ minn Ġesù biex tħalli s-Saltna ta’ Alla (jiġifieri l-ħidma, l-azzjoni, il-ħajja ta’ Alla) taħdem/jaħdem f’qalbek?

Il-lectio u r-riflessjonijiet saru minn Rev. Paul Sciberras.

Comments