Diġa għaddew ħmistax!! Hekk bdejt ngħid miegħi innifsi filwaqt li naħseb minn dak kollu li għaddejt dawn l-aħħar ġimgħatejn. L-għada tad-9 ta’ Novembru, ħsibt li qed noħlom ħolma, iżda ma kinetx. Il-parruċċani, sħabi fost oħrajn, iħarsu lejja u jitbissmu x’ħin jarawni liebes ftit differenti, imma kont u għadni nħossni li bqajt l-istess persuna. Għalkemm bqajt bil-karrattru tiegħi, nemmen li l-Mulej qed jaħdem permezz tal-faqar tiegħi. Fija nħoss dik ir-responsabilta’ ta’ dak kollu lil wegħdt lil Alla quddiem l-Isqof u l-l-poplu tiegħu li nkun qaddej. Dan il-ħsieb inissel fija ħafna paċi u entużjażmu.

L-ordinazzjoni ta’ Djakonat qed tlaqqani ma’ realtajiet ġodda, kif ukoll m’ oħrajn li joffruli challenge bħall-preparazzjoni għall-omelija, li titlob minni preparazzjoni u talb. Nistqarr li kont ftit eċċitat għall-ewwel darba. Barra minn hekk bħala djaknu immur ukoll żjarat l-isptar, nagħmel bosta ħidmiet fil-parroċċa fost it-tfal u żgħażagħ, ngħin lis-Saċerdot fil-quddiesa, u numru t’impenji oħra.

Djakonat_0330

Qed nagħmel ħilti kollha biex ngħix kull mument bil-fedelta’ u l-ferħ li qed inwassal din l-esperejenza sabiħa u worth it ta’ Alla li qed niskoprih aktar fija. Illum bħala djaknu nara fija l-id t’Alla li qed taħdem, li qed jinqeda b’ dak li jiena biex ikun HU li jaħdem. Għalhekk bil-kliem u l-preżenza f’ kull post bħal-Università, fil-parroċċa u oħrajn nittama li nkompli nkun xhieda u barka fost dawk kollha li niltaqa magħhom, biex dan il-ferħ li għandi fija ngħadduh lil xulxin bħala dawl fid-dinja u melħ tal-art.

Comments