Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2015, Festa ta’ San Tumas Appostlu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jordna erba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u wieħed reliġjuż) waqt Quddiesa fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6:30 p.m.
L-erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
Rev. Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema,
Rev. Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid,
Rev. Bertrand Vella OFM Cap,
Rev. Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal velja ta’ talb lejliet l-ordinazzjoni ġewwa s-Seminarju tal-Arċicqod nhar ill-Ħamis, 2 ta’ Lulju ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof fit-8pm, kif ukoll għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni. Nħeġġukom titlobu għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati nhar il-Ġimgħa.